18/10/2017
Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta
Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta
It-Tilqima tal-Influwenza Staġjonali u l-Għoti tad-Demm
Bħala ġest t’apprezzament lejn id-donaturi tad-demm għal darba oħra s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed joffrilhom t-tilqima tal-influwenza staġjonali mingħajr ħlas. Għaldaqstant dawk id-donaturi (ta’ kull età) li jixtiequ jieħdu din it-tilqima huma ġentilment mistiedna biex jekk jixtiequ jersqu fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa, jew fis-Sezzjoni tat-Tilqim, Ir-Rabat Għawdex biex jitlaqqmu.
B’rabta ma’ dan is-Servizz javża lil dawk li taw id-demm tul l-aħħar jiem li jridu jħallu ġimgħa tgħaddi qabel ma jersqu għat-tilqima. Minnaħa l-oħra dawk li jkunu tlaqqmu jridu jħallu ġimgħa tgħaddi qabel jersqu biex jagħtu d-demm.
Intant dawk li huma eliġibbli biex jagħtu d-demm huma mħeġġa biex jagħtu:
· fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00 am sas-6:00 pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-6:00pm).
· fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 22 t’Ottubru mit-8:30am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-1:00pm) ser ikun maġenb il-knisja parrokkjali tal-Imqabba.
· fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex nhar it-Tlieta 24 t’Ottubru ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sal-5:00pm).
Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.