03/08/2025
L'abort u s'suwiċidju, l-istess bħas separazzjoni, huma rejaltajiet li jirreflettu d-diffikultajiet li tinsab is-soċjeta, fuq kollox l-ewropa. Aktar mil-kriżi morali, wieħed tajjeb iħares lejn il-kumplessita soċjali li qed ngħixu u t-tkabbir ekonomiku, li dejjem kellu rabta maż-żieda ta dawn ir-rejaltajiet. Tkabbir ekonomiku jiġifieri flus u aktar flus. Meta ħadd ma jkun interessat fil-"wellbeing" taċ-ċittadini tistennewx li jsiru mistoqsijiet serji dwar għalfejn qed jiżdied is-suwiċidju, l-abort u s-separazzjoni. Anqas w'anqas minn min jiffoka biss fuq l-ekonomija fit tkabbir tal-gdp, li huwa l-kejl li biħ Malta trid tirripondi l-ue. Jekk se tibqgħu biss timxu ma dak li trid l-ue, tistennewx li dawn ir-rejaltajiet se jonqsu. Anzi stenna li jiżdiedu. Dan jgħidd ukoll għal vjolenza, l-addictions, mard mentali, etc. Insomma, l -biża tiegħi hi li dawn iċ-ċirkostanzi problematiċi jinħolqu jew mill-injoramza ta min imexxi, jew deliberatament biex iddur ir-rota.