19/11/2025
"Ibżgħu għall-ħajja tagħkom;
Ibżgħu għal ġisimkom;
Ibżgħu għat-talenti li takom Alla;
Użaw din il-ħajja tajjeb."
Dan kien l-iktar messaġġ li laqatni mill-omelija ta' Fr Michael, il-kappillan ta' Ħal Luqa dalgħodu waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja qasira ta' 𝐓𝐄𝐒𝐒𝐀 ⛪
Ngħid għalija jien, missitni ħafna li tifla ta' 4 snin irnexxielha tgħix il-ħajja ferħana minkejja l-problemi li kellha. Kif ha nagħżel li ngħix ħajti jien? Ngħix 100 sena u mdejqa jew ftit żmien u ferħana?
Fost in-niket, ħassejt li Tessa ħallitilna messaġġ pożittiv u qawwi: li għandna napprezzaw il-ħajja u anke fil-mumenti tas-sofferenza nsibu dak li jagħtina l-ferħ u s-serħan 🌻
Grazzi Tessa, u issa strieħ fis-sliem mal-Bambin 🕊️