
22/09/2025
Fil-11-il episodju tagħha fuq ‘Morning Mix’ flimkien ma’ Marisa D’Amato fuq ONE Radio 92.7, Rachel Portelli tkellmet dwar ir-relazzjonijiet u s-saħħa mentali.
Mistiedna kienet Claire Vella, membru mit-tim ta’ ‘Crisis Resolution Malta’, li saħqet dwar l-importanza ta’ relazzjonijiet b’saħħithom, kif nistgħu nindirizzaw l-isfidi fir-relazzjonijiet, u kif dawn jaffettwaw il-benesseri emozzjonali tagħna.
Diskussjoni miftuħa u ta’ għarfien li tfakkarna li r-relazzjonijiet b’saħħithom huma essenzjali f’ħajjitna u li kull wieħed u waħda minna jista’ jitgħallem jissaħħaħ f’dan l-aspett.
🧠 Jekk inti jew xi ħadd li taf għaddej minn diffikultajiet jew kriżi, tista’ tikkuntattja lil ‘Crisis Resolution Malta’.
📞 Linja ta’ kriżi 24/7 bla ħlas – 9933 9966
📺 Ara l-episodju hawn taħt u ikkummenta bil-ħsibijiet tiegħek
https://youtu.be/YBCZPXA_Bws
Fil-11-il episodju tagħha fuq ‘Morning Mix’ flimkien ma’ Marisa D’Amato, Rachel Portelli tkellmet dwar ir-relazzjonijiet u s-saħħa mentali.Mistiedna kienet C...