03/05/2020
Meta Jieqfu jahdmu l-kliewi
Dr Peter Ferry FRCP MSc PG Dip Ger Dip ORT Cert Med Ed
Specjalista tal-Medicina u l-Anzjani
Kulhadd jaf li x-xoghol ewlieni tal-kliewi huwa dak li jnaddfu l-valeni mid-demm, kif ukoll jibbilancjaw l-ilma u l-melh kif ukoll minerali ohra li jinstabu fid-demm. Allura, meta l-kliewi jieqfu jahdmu habta u sabta, jirrizultaw f’akkumulu ta’ valeni, ilma u mluha f’gisimna li jaghmlulna hafna hsara.
Imma x’jista’ jikkawza dan kollu? Dan jista’ jkun rizultat ta’ waqa fil-pressjoni tad-demm lejn il-kliewi bhala rizultat ta’ tixrid ta’ demm, infezzjonijiet serji jew nuqqas ta’ ilma (dehydration). Jista’ jkun ukoll li certu medicini, valeni jew infezzjonijiet jaghmlu hsara lill-kliewi. Xi kultant, il-kliewi jieqfu jahdmu minhabba sadd fis-sistema tal-hrug tal-awrina minhabba xi gebla, tumur, incident jew il-glandola tal-prostata tkun kibret hafna.
L-aktar nies li huma suxxettibli ghall- hsara fil-kliewi huma l-anzjani, dawk li diga jbaghtu minn xi kundizzjonit tal-kliewi jew tal-fwied, dijabete, pressjoni gholja, mard tal-qalb jew obesita’.
Sintomi komuni meta wiehed ikollu kliewi li jieqfu jahdmu habta u sabta huma dawn: Ma tibdiex tghaddi awrina bhas-soltu, nefha f’saqajk, nuqqas t’aptit, dardir jew tirrremetti, tista’ thossok konfus jew imhawwad, anzjuz jew ghajjien hafna. Hemm min ihoss ugigh fil-vojt ta’ dahru fil-gnub.
It-tabib, kif ikollu hjiel li jista jkun hemm hsara fil-kliewi jordna test tad-demm u tal-awrina mal-ewwel. Ikun hemm bzonn ukoll ultrasound tal-kliewi.
Il-kura ta’ din il-kundizzjoni tinvolvi process biex tghinek tehles mill-valeni minn gismek permezz tad-dijalizi. It-tabib jipprova jghinek ukoll bill jordna xi antibjotici jekk hemm bzonn, kif ukoll xi medicini biex jghinuk tehles mil-ilma zejjed kif ukoll biex jikkontrollaw il-livelli tal-imluha tal-gisem.
It-tabib jaf ukoll itik parir biex tnaqqas il-minerali bhall-melh Sodium u Potassium, kif ukoll Phosphorus.
F’hafna kazijiet il-kawza principali li kkawzat il-hsara fil-kliewi tista’ tigi riversata, imma f’kazijiet ohra dawn jibqghu ikollhom bzonn id-dijalizi jew xi trappjant tal-kilwa.