04/12/2025
‼ AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
L-Awtorita għas-Sigurtà tal-ikel tgħarraf lill-pubbliku li, skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, il-prodott elenkat hawn taħt ġie mqiegħed fis-suq mingħajr l-informazzjoni obbligatorja b’ lingwa uffiċjali.
Minħabba n-nuqqas ta’ tikkettar meħtieġ skont il-liġi, il-konsumaturi jistgħu ma jaqrawx id-dikjarazzjonijiet tal-allerġeni. Il-prodott fih il-qamħ u l-ħalib, u jista’ jkun fih ġewż tas-siġar, karawett u sojja. Individwi b’ allerġiji għal xi wieħed minn dawn l-ingredjenti għandhom joqogħdu attenti, minħabba li n-nuqqas ta’ informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar l-allerġeni jista’ jkun ta’ riskju.
Deskrizzjoni tal-prodott: Nesquik - Milk Chocolate Wafer
Ditta: Nestle
Piż: 26g
Data tad-durabbilità: 30.06.2026
Numru tal-lott : 5240616111
Oriġini: Ġermanja