The BodyForge Human Performance Institute

The BodyForge Human Performance Institute We change lives. One rep at a time.

Hawn wisq jiġu jitnejjku minn saħħithom.Issa rrelevanti hux għax mingħalihom qed jagħmlu xi bravura, jew għax mingħaliho...
23/05/2026

Hawn wisq jiġu jitnejjku minn saħħithom.

Issa rrelevanti hux għax mingħalihom qed jagħmlu xi bravura, jew għax mingħalihom jifhmu ħafna, jew għax għandhom apatija kbira.

Hi x’inhi r-raġuni, L-ĦSARA QED TAGĦMILHA.

U emmnuni, dik il-ħsara se tpattiha, u tpattiha BIZ-ZALZA.

Għax ġismek ma jinsa’ QATT xi tkun għamiltlu.

Isimgħu minni u ħudu ħsieb ta’ saħħitkom ILLUM.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

22/05/2026

Ġej dak iż-żmien tas-sena fejn ikollna bżonn nixorbu ĦAFNA aktar ilma.

Għax hawn wisq nies MA JIXORBUX BIŻŻEJJED.

La fis-sajf u lanqas fix-xitwa.

Anqas biss jibdew.

Imbagħad arahom ġejjin bil-problemi.

Isimgħu nitfa minni w ibdew rabbu naqra D-DIXXIPLINA TA’ L-ILMA, ħa tixorbu kemm verament għandkom bżonn.

Mhux dac-ċuċati li jgħidulkom li qed iġibukom QOXQOX minn ġewwa.

Qumu minn hemm, legilgu pinta ilma, u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

KULL DEĊIŻJONI li tagħmel f’ħajtek hi mportanti.Għax KOLLHA jaffettwawlek l-andament ta’ ħajtek.Allura ħu kull deċiżjoni...
22/05/2026

KULL DEĊIŻJONI li tagħmel f’ħajtek hi mportanti.

Għax KOLLHA jaffettwawlek l-andament ta’ ħajtek.

Allura ħu kull deċiżjoni li tagħmel B’SERJETÀ KBIRA u bi ĦSIEB MEQJUS.

U tinsiex li ħafna aħjar “UFF!” illum milli “AĦĦ!” għada.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Lezzjoni kiefra ħafna din.Għax ħafna drabi, dawk in-nies li qed jużawna jkunu dawk li huma qrib ħafna tagħna.U għalhekk ...
21/05/2026

Lezzjoni kiefra ħafna din.

Għax ħafna drabi, dawk in-nies li qed jużawna jkunu dawk li huma qrib ħafna tagħna.

U għalhekk ma nindunawx x’ikun qed jiġri.

Għax għalina nkunu qed nagħmlu dmirijietna nieħdu ħsiebhom u nagħtu kashom.

Imma jekk int dejjem qed tagħti mingħajr ma żżomm ftit ħin u saħħa għalik innifsek, nwiegħdek li mija fil-mija se tispiċċa ħażin.

U din ħaġa li trid tifimha KEMM INT u KEMM DAWK li jiddependu fuqek u jħobbuk.

Jekk tieħu mingħajr ma trodd, anke s-swar tħott.

Allura, jekk int trid tieħu ħsieb LIL MIN TĦOBB, l-ewwel trid tieħu ħsieb TIEGĦEK INNIFSEK.

M’hemmx fejn tilgħab magħha din.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

Tbissima qisha x-xemx.Kif titfaċċa, l-ġurnata tkun isbaħ.Kemm tiegħek, u kemm ta’ dawk ta’ madwarek.Iċċaħħadx la lilek i...
20/05/2026

Tbissima qisha x-xemx.

Kif titfaċċa, l-ġurnata tkun isbaħ.

Kemm tiegħek, u kemm ta’ dawk ta’ madwarek.

Iċċaħħadx la lilek innifsek u lanqas lil dawk li tħobb mit-tbissima tiegħek.

Għax kull ġurnata, diffiċli kemm hi diffiċli, dejjem se ssib raġuni biex titbissmilha.

Jekk tfittex dik ir-raġuni minn qalbek.

U meta tieħu ħsieb tiegħek innifsek, dik ir-raġuni ssibha ħafna iżjed malajr.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Dak subgħajk li qed tipponta bih lejn kollox u lejn kullħadd.Dak aħjar tniżżlu minn hemm.Għax INT U INT BISS responsabbl...
19/05/2026

Dak subgħajk li qed tipponta bih lejn kollox u lejn kullħadd.

Dak aħjar tniżżlu minn hemm.

Għax INT U INT BISS responsabbli ta’ fejn qiegħed f’ħajtek bħalissa.

Ħaddieħor m’għandu x’jaqsam XEJN.

Hi ħaġa komda li tkun tista' tipponta biex mingħalik tiskarta r-responsabbiltajiet tiegħek.

Imma l-fatt jibqa' li int fejn int bħalissa f’ħajtek hija deċiżjoni PURAMENT TIEGĦEK.

Għandek eżatt li ddeċidejt INT, li qgħadt għalih INT u li aċċettajt INT.

Issa, jekk trid xi ħaġa aħjar minn ħajtek, F’IDEJK.

U jekk trid għajnuna, JIEN HAWN QIEGĦED.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

DAK huwa l-veru kejl ta’ bniedem.Milli hemm ġo qalbu.Għax meta l-qalb tkun dgħajfa, is-saħħa fiżika ma tagħmel XEJN biha...
18/05/2026

DAK huwa l-veru kejl ta’ bniedem.

Milli hemm ġo qalbu.

Għax meta l-qalb tkun dgħajfa, is-saħħa fiżika ma tagħmel XEJN biha.

Imma meta l-qalb tkun tħabbat qawwija, KOLLOX TAGĦMEL.

Int min int u int fejn int f’ħajtek, emminni meta ngħidlek li KULLĦADD għandu ċans jkun inkredibbli.

U jekk tiġi fejni NURIK KIF.

Qum minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

17/05/2026

Illum video ieħor għal dawk l’għandhom MINN ĦAMSIN IL-FUQ.

Għax kull dimonju jibda jittanta kif tagħlaq IĊ-ĊINKWANTA.

Allura llum ħa nurikom liema nutrijenti jagħmlulek IL-ĦSARA kif tagħlaq il-ħamsin, kif ukoll dawk li jagħmlulek IL-ĠID.

Mela, jekk int għandek ħamsin jew aktar – jew għandek lil xi ħadd li tħobb li qabeż din l-età – tajjar kollox minn idejk u GĦATI KAŻ TA’ X’ĦA NGĦIDLEK ISSA.

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.Għax FESTA qed jagħmlu bikom.Għaliex taħsbu li l-ikel tajjeb u bnin hu għoli u l-ikel ħ...
17/05/2026

Tħalluhomx jitnejjku bikom iżjed.

Għax FESTA qed jagħmlu bikom.

Għaliex taħsbu li l-ikel tajjeb u bnin hu għoli u l-ikel ħażin pesta jiġi rħis?

Tgħidulix li taħsbu li kumbinazzjoni ta’, għax inħabbat rasi ġo ħajt.

Ħaġa bħal din la tiġri BI ŻBALL u anqas għax HEKK INZERTA.

Din ħaġa maħduma BIZZILLA, u bi ħsieb MAKAKK u MALIZZJUŻ.

Għax meta tieqaf u tara kif inhi mqassma is-sistema li tipprovdi ikel naturali u tajjeb u tkejjilha ma’ dik li tipproduċi prodotti artifiċjali ta’ l-ikel, tinduna li M’HEMMX ĊANS li l-ikel it-tajjeb qatt jista' jkun irħis.

Meta s-sistema qiegħda tipprovdi għajnuna finanzjarja lil industrija tal-junk food u mhux lil bdiewa, li jaħdmu minn dlam sa dlam biex ikabbru prodotti tajbin għalina, mela hemm nejka kbira.

Għax kieku jien VERA kelli nteress li nieħu ħsieb is-saħħa tal-poplu, ma nagħti QATT inċentivi ta’ biljuni kbar lil min qed jagħmel l-ikel pesta.

Intihom lil min qed jinqasam biex jagħmel ix-xogħol sewwa.

U tinsewx li l-industrija tal-mediċina u tal-farmaċewtika għandha interess KBIR li int tiekol il-pesta.

Għax hekk se jkollhom qliegħ garantit kemm iddum ħaj int.

Allura din l-industrija ukoll se tagħmel l-għalmu tagħha biex int tieħu dawk il-prodotti li se jmarrduk.

X’ma jgħidulekx li l-laħam u l-bajd ħżiena.

U jbellgħuhielek li ma jafux il-mard kroniku minn fejn ġej.

Tkunux fidili iżjed.

Għax li mingħalik qed tixtrieh irħis illum, se TĦALLSU BIZ-ZALZA għada.

U mhux mgħarfa zalza ta’.

Imma borma sħiħa.

Ħudu ħsieb aħjar ta’ saħħitkom.

U fluskom onfquhom għand min qed JIEĦU ĦSIEBKOM.

Mhux għand min qed JITNEJJEK BIKOM.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

Xi kultant b’kelma f’waqtha u meqjusa, bniedem ittellgħu l-ġenna.U xi kultant, anke li tisimgħu biss bniedem tagħmillu d...
16/05/2026

Xi kultant b’kelma f’waqtha u meqjusa, bniedem ittellgħu l-ġenna.

U xi kultant, anke li tisimgħu biss bniedem tagħmillu differenza kbira f’ħajtu.

Għax fid-dinja mferżna u mimlija ġenn li għandna llum, anqas ċans nisimgħu lil xulxin ma fadlilna.

Allura, li ssib bniedem li verament jisma’ li għandek ġo qalbek tbiddillek ħajtek mill-lejl għan-nhar.

Mela isimgħu minni u agħtu ftit aktar kas ta’ xulxin.

M’għandna xejn mid-dinja, ħlief l-emozzjoni li nħallu f’ħaddieħor.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NTAJJRU N-NAR.

Għidtilkom ELF DARBA u nerġa' ngħidilkom ELF DARB’OĦRA.Int fejn int f’ħajtek, GĦAX TRID INT.Li għandek bħalissa f’ħajtek...
15/05/2026

Għidtilkom ELF DARBA u nerġa' ngħidilkom ELF DARB’OĦRA.

Int fejn int f’ħajtek, GĦAX TRID INT.

Li għandek bħalissa f’ħajtek, għax AĊĊETTAJTU int.

Is-sitwazzjonijiet ta’ ħajtek qed TITTOLERAHOM int.

Għax INT u INT BISS l-arkitett tad-destin tieghek.

Tibqax twaħhal fil-mara, fir-raġel, fit-tfal, fix-xorti u fil-fenek ta’ l-Indi tiegħek.

INT l-imgħallem.

Għamel deċiżjonijiet AĦJAR f’ħajtek.

Iva, dawk id-deċiżjonijiet fuq is-suġġetti d-diffiċli huma deċiżjonijiet li jridu jsiru.

Tibqax tevitahom.

Ħallik mill-paroli fil-vojt.

Qumu minn hemm u EJJA ĦA NAĦDMU.

Address

The BodyForge Human Performance Institute, Triq Sannat
Sannat
SNT9021

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when The BodyForge Human Performance Institute posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Practice

Send a message to The BodyForge Human Performance Institute:

Share