22/05/2026
German Food Day
Il-Ħamis 21 ta' Mejju ġiet organizzata German Food Day għall-istudenti li jitgħallmu l-Ġermaniż. Waqt il-brejk tal-iskola, l-istudenti kellhom iċ-ċans li jippruvaw Bratwurst (hot dog), Kartoffelsalat (insalata tal-patata), Krautsalat (coleslaw) u Apfelstrudel (apple pie); kollha bi stil u b'riċetti Ġermaniżi. L-ikel niżel tajjeb mal-istudenti u apprezzaw ħafna din l-attività. Nirringrazzjaw lis-Sur Parascandalo tal-inizjattiva u talli pprepara l-ikel, u kif ukoll lis-Sur Alan Caruana, Ms Allison Zammit Mintoff, lil Ms Daphne Camilleri u lil Ms Sharon Abdilla tal-għajnuna li offrew.