
12/08/2025
🇬🇧 Celebrating International Nurses’ Day and International Carers' Day 🌻In Aid of Hospice Malta🌻
At Active Ageing and Community Care, our dedicated nurses and health care workers came together to celebrate International Nurses’ Day and International Carers' Day—a heartfelt tribute to the compassion, strength, and unwavering dedication that define their daily work.
As part of the celebrations, a special initiative was held across all Government Care Homes and Dementia Day Centres in support of Hospice Malta, raising a generous sum of €565. Hospice Malta provides palliative care and support to patients and their families, offering comfort and dignity during some of life’s most challenging moments.
We extend our deepest gratitude to all the staff who contributed to the success of these events. Your empathy, professionalism, and commitment are the foundation of the care we provide. You are the heart of our mission, and your efforts continue to inspire and uplift those around you.
🇲🇹 Iċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Internazzjonali tal-Infermiera u Jum Internazzjonali tal-Carers 🌻B’risq Hospice Malta🌻
Fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, l-Infermiera u l-Health Care Workers ngħaqdu flimkien biex jiċċelebraw Jum Internazzjonali tal-Infermiera u Jum Internazzjonali tal-Carers—ġieħ sinċier għall-kompassjoni, is-saħħa u d-dedikazzjoni li juru kuljum fil-ħidma tagħhom.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, saru u inizjattivi speċjali fid-Djar tal-Kura Residenzjali u miċ-Ċentri ta’ Attivitajiet għad- Dimenzja biex jinġabru fondi għal Hospice Malta, li matulhom nġabret s-somma ġeneruża ta’ €565. Hospice Malta jipprovdi kura paljattiva u appoġġ lil pazjenti u l-familji tagħhom, u joffri serħan u dinjità f’mumenti diffiċli tal-ħajja.
Nirringrazzjaw minn qalbna lill-istaff kollu li ta sehmu biex dawn l-attivitajiet jirnexxu. Il-kompassjoni, il-professjonalità u l-impenn tagħkom huma l-pedament tas-servizz li nipprovdu. Intom il-qalba tal-missjoni tagħna, u l-ħidma tagħkom tkompli tispira u tagħti kuraġġ lil dawk ta’ madwarkom.
Anzjanità Attiva | Jo Etienne Abela | Malcolm Paul Agius Galea | Steve Agius | Alex Gobey