22/12/2025
Last Thursday 18th December 2025, The San Ġwann Local Council in full collaboration with Franciscan Capuchin Community and the Parish Church of San Ġwann together with the JP2 Cultural Foundation organised “A CONCERT FOR PEACE”. This event took place at Our Lady of Lourdes Parish Church, San Ġwann. The concert was enchanted by a number of Christmas Melodies; J.S. Bach, G.F. Handel, Il Pastorale, Mykola Leontovych, Christmas Medley and others. The concert hosted the JP2 Music Quintet; Kathryna Mizzi and Loreane Scicluna played the violin, Anna Zammit played the viola, Fiona Murphy played the cello and Kellyanne Spiteri played the piano.
The music quintet hosted two local sopranos Roberta Hili and Giannella Muscat and the young Maltese tenor, Michel Angelo Muscat. The numerous audience that attended this concert were welcomed by the Mayor of San Ġwann Mr. Dominic Cassar, as well as Rev Bertrand Vella the parish priest, shared with the present parishioners a spiritual message. The event gave also the opportunity to the guest to hear the Christmas 2025 poem written and read by Chev. Joe. M. Attard. The concert ended with all eight artists singing and playing together the traditional Maltese Christmas hymn NINNI LA TIBKIX IZJED written by Fr. Indi Schemberi.
Nhar il-Ħamis li għadda 18 ta’ Diċembru 2025, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Komunità Franġiskana Kapuċċina u l-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann flimkien mal-Fondazzjoni Kulturali “JP2” Papa San Ġwanni Pawlu II , organizzaw “KUNĊERT GĦALL-PAĊI”. Dan l-avveniment sar fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann. Il-kunċert kien imżejjen b’għadd ta’ Melodiji tal-Milied; J.S. Bach, G.F. Handel, Il Pastorale, Mykola Leontovych, Christmas Medley u oħrajn. Il-kunċert ospita l-Kwintett Mużikali JP2; Kathryna Mizzi u Loreane Scicluna daqqew il-vjolin, Anna Zammit daqqet il-vjola, Fiona Murphy daqqet iċ-ċello u Kellyanne Spiteri daqqet il-pjanu.
Il-kwintett mużikali ospita żewġ soprani lokali Roberta Hili u Giannella Muscat u t-tenur żagħżugħ Malti, Michel Angelo Muscat. L-udjenza numeruża li attendiet għal dan il-kunċert intlaqgħet mis-Sindku ta’ San Ġwann is-Sur Dominic Cassar, kif ukoll mir-Rev. Bertrand Vella, il-kappillan tal-parroċċa, li qasam messaġġ spiritwali mal-parruċċani preżenti. L-avveniment ta wkoll l-opportunità lill-mistieden li jisma’ l-poeżija tal-Milied 2025 miktuba u moqrija minn Chev. Joe. M. Attard. Il-kunċert intemm bit-tmien artisti kollha jkantaw u jdoqqu flimkien l-innu tradizzjonali Malti tal-Milied NINNI LA TIBKIX IZJED ta’ Parti Indi Schemberi.