Janice Caruana - Psychotherapist

Janice Caruana - Psychotherapist Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Janice Caruana - Psychotherapist, Psychotherapist, Il-Kamra s-Safra, Triq Santa Katarina, Zejtun.

A warranted psychotherapist providing a supportive and non-judgmental space to work through emotional difficulties, relationship challenges, and life’s struggles.

L-argumenti u l-glied 🌋Il-koppji m’għandhomx jiġġieldu biex jirbħu, imma biex jifhmu lil xulxin. Il-kunflitt huwa parti ...
21/05/2026

L-argumenti u l-glied 🌋
Il-koppji m’għandhomx jiġġieldu biex jirbħu, imma biex jifhmu lil xulxin.
Il-kunflitt huwa parti naturali mir-relazzjoni u jista’ jsir opportunità għal aktar ftejim meta jkun hemm rispett, smigħ u responsabbiltà emozzjonali.

Dak li jagħmel differenza mhuwiex jekk il-koppja tiġġilidx, imma kif tiġġieled.

Xi suġġerimenti qosra:

🔸Tkellmu fuq kif tħossukom, mhux biss fuq x’għamel l-ieħor.
🔸Evitaw insulti, umiljazzjoni jew silenzju bħala kastig.
🔸Ħallu spazju biex kull wieħed jinstema’.
🔸Iffokaw fuq is-soluzzjoni, mhux fuq min għandu raġun.
🔸Ħudu pawsa jekk l-emozzjonijiet qed jogħlew wisq.

Ftakru li intom tim kontra l-problema, mhux kontra xulxin. 💛 Kuragg

Becoming a psychotherapist is only the beginning of the journey❗Our work requires continuous reading, learning, training...
19/05/2026

Becoming a psychotherapist is only the beginning of the journey❗

Our work requires continuous reading, learning, training, and refining of our skills. It also means staying connected, exchanging ideas, and growing together through meaningful events like these 😊

A few days ago, I had the pleasure of attending a wonderful event organised by the Institute of Family Therapy on "Attachment and high parental conflict."

It was both insightful and inspiring to reconnect with colleagues and continue learning together. 🙏

Ir-relazzjonijiet ma jinbnewx biss fuq l-imħabba, imma fuq kif nisimgħu, nifhmu u nirrispondu lil xulxin kuljum. Kull re...
16/05/2026

Ir-relazzjonijiet
ma jinbnewx biss fuq l-imħabba, imma fuq kif nisimgħu, nifhmu u nirrispondu lil xulxin kuljum.

Kull relazzjoni hija sistema fejn
🔸 l-enerġija, 🔸il-komunikazzjoni u🔸 l-emozzjonijiet ta’ persuna waħda jaffettwaw lill-oħra.

Xi affarijiet żgħar li jagħmlu differenza kbira:

• Isma’ biex tifhem, mhux biex tirreaġixxi
• Tkellem b’onestà u b’ġentilezza
• Agħti spazju mingħajr ma toħloq distanza
• Apprezza l-affarijiet żgħar ta’ kuljum
• Ftakar li “aħna kontra l-problema”, mhux kontra xulxin

Relazzjoni b’saħħitha mhix perfetta
✨ hija waħda fejn iż-żewġ persuni jħossuhom siguri li jkunu huma stess. 👨‍❤️‍👨👩‍❤️‍💋‍👨

Burnout 🔥Bħala Psikoterapista, jien ma nħarisx lejn il-burnout bħala problema individwali biss, iżda bħala sinjal li r-r...
14/05/2026

Burnout 🔥
Bħala Psikoterapista, jien ma nħarisx lejn il-burnout bħala problema individwali biss, iżda bħala sinjal li r-relazzjonijiet u l-ambjenti li ngħixu fihom (xogħol, familja, soċjetà) tilfu l-bilanċ tagħhom ⚖️

Meta t-talbiet ta' madwarna jisbqu r-riżorsi tagħna għal żmien twil, is-sistema kollha tagħna; mentali, emozzjonali u fiżika—tikkollassa.

Il-burnout mhuwiex nuqqas ta' saħħa, iżda huwa l-mod kif ġismek qed jgħidlek li l-mod kif qed tiffunzjona bħalissa mhuwiex sostenibbli.

Pariri Qosra biex Tirkupra l-Bilanċ:

🔸Irrevedi l- "Boundaries": Tgħallem għid "le" u poġġi limiti ċari bejn ix-xogħol u l-ħajja privata biex tipproteġi l-ispazju tiegħek.

🔸Komunikazzjoni Onesta: Tkellem m'oħrajn dwar dak li qed tħoss; taqsam il-piż minflok iġġorru waħdek.

🔸Iddelega r-Responsabbiltajiet: Tassumix li trid tagħmel kollox int; biddel id-dinamika fir-relazzjonijiet tiegħek billi titlob l-għajnuna.

🔸Iddedika ħin kuljum biex tirilsssa biex tħalli s-sistema nervuża tiegħek tikkalma.

🔸 Identifika liema ambjenti jew relazzjonijiet qed jixorbulek l-aktar enerġija u ddiskuti bidliet żgħar li jistgħu jsiru fihom.
Kuragg 💛

Is-soċjetà u l-politika jinfluwenzaw kif naħsbu, inħossuna u ngħixu. Aħna mhux waħedna, dak li jiġri madwarna jaffettwan...
11/05/2026

Is-soċjetà u l-politika
jinfluwenzaw kif naħsbu, inħossuna u ngħixu.

Aħna mhux waħedna, dak li jiġri madwarna jaffettwana kuljum.
Meta jkun hemm ħafna stress jew negattività fis-soċjetà, ħafna nies iħossuhom anzjużi 🫣

Tnsiex:

🔸Ħu pawża mill-aħbarijiet kultant.
🔸Tkellem ma’ nies li jagħtuk paċi.
🔸Tħallix il-politika tikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħek.
🔸Oqgħod attent għal saħħtek mentali u emozzjonali.
Ftakar li tista’ tagħmel differenza żgħira bil-mod kif tittratta lill-oħrajn❗

Aħna parti mis-sistema, imma għandna wkoll il-qawwa nagħżlu kif nirreaġixxu għaliha, u dak hu poter 😊

Thossok "down"❓Xi kultant inħossuna “down” mingħajr ma nkunu nafu eżatt għaliex. Is-sentimenti tagħna ma jiġux biss minn...
08/05/2026

Thossok "down"❓
Xi kultant inħossuna “down” mingħajr ma nkunu nafu eżatt għaliex.
Is-sentimenti tagħna ma jiġux biss minn ġewwa fina, imma wkoll mir-relazzjonijiet, l-esperjenzi u s-sistemi li ngħixu fihom, bħal familja, xogħol, ħbiberiji u s-soċjetà.

Fil-psikoterapija sistemika, wieħed iħares lejn il-kuntest kollu tal-ħajja tal-persuna, mhux biss lejn is-sintomi.

Xi mistoqsijiet li jistgħu jgħinu huma:

🔸Kif inhuma r-relazzjonijiet tiegħi bħalissa?

🔸Qed inħossni mismugħ u appoġġjat?

🔸Hemm xi aspett ta’ ħajti fejn qed nagħti wisq u nirċievi ftit?

🔸Meta bdejt inħossni hekk, u x’kien qed jiġri madwari?

Xi tips żgħar iżda importanti:

✅Tkellem ma’ xi ħadd ta’ fiduċja – kultant sempliċi konversazzjoni tista’ tnaqqas ħafna piż.

✅Żomm rutina bażika – irqad, ikel u ftit moviment jgħinu aktar milli naħsbu.

✅Tkunx iebes miegħek innifsek – mhux kull ġurnata trid tkun produttiva.

✅Ipprova osserva x’qed iġiblek enerġija u x’qed ineħħihielek.

✅Naqqas iżolament – anke kuntatt żgħir ma’ nies oħra jista’ jagħmel differenza.

Agħti spazju lis-sentimenti tiegħek flok tipprova timblokkahom jew tiġġudikahom. Fittex l-ghajnuna jekk hemm bzonn. Kuragg ❤️

06/05/2026
L-anzjetà mhix xi ħaġa li trid tiġi miġġielda, imma xi ħaġa li trid tinftiehem. Minn perspettiva ta’ psikoterapija siste...
04/05/2026

L-anzjetà
mhix xi ħaġa li trid tiġi miġġielda, imma xi ħaġa li trid tinftiehem. Minn perspettiva ta’ psikoterapija sistemika, l-emozzjonijiet tagħna huma marbuta mar-relazzjonijiet u mal-kuntest li ngħixu fih.

Meta tħossok anzjuż/a:

🔸Ipprova ieqaf ftit u nnota x’qed jiġri fik u madwarek
🔸Irregola n-nifs tiegħek; nifs bil-mod u fil-fond jista’ jgħin lill-ġisem jikkalma
🔸Staqsi lilek innifsek: “X’għandi bżonn bħalissa?”

Ftakar li m’għandekx għalfejn tgħaddi minn kollox waħdek, il-konnessjoni ma’ oħrajn hija essenzjali.

Il-kalma tibda meta nibdew nisimgħu lilna nfusna b’aktar ġentilezza.
Kuragg ❤️

Dispjacir - RegretXi drabi nħarsu lura b’sens ta’ dispjaċir, imma bħala terapista sistemika nifhmu li "r-regret" mhuwiex...
01/05/2026

Dispjacir - Regret
Xi drabi nħarsu lura b’sens ta’ dispjaċir, imma bħala terapista sistemika nifhmu li "r-regret" mhuwiex falliment, imma hu sinjal ⚠️

Jurina x’kien importanti għalina, x’għallimna l-esperjenza, u fejn nixtiequ nikbru.

Minflok nibqgħu mwaħħlin fih, nistgħu nużawh bħala gwida biex nibnu relazzjonijiet aktar b’saħħithom u nagħmlu għażliet aktar konxji fil-preżent. ✅

Il-pjaċir u l-ferħ mhumiex lussu huma essenzjali għas-saħħa emozzjonali tagħna. Bħala Systemic Psychotherapist, nara kem...
29/04/2026

Il-pjaċir u l-ferħ mhumiex lussu
huma essenzjali għas-saħħa emozzjonali tagħna.

Bħala Systemic Psychotherapist, nara kemm relazzjonijiet u sistemi personali jissaħħu meta nagħtu spazju għal mumenti ta’ gost, konnessjoni u ħajja.
Il-ferħ jgħinna nirkupraw, nibnu reżiljenza u nħossuna aktar marbuta magħna nfusna u ma’ xulxin.

Agħti valur lill-pjaċir, mhux biss meta kollox ikun sew, imma speċjalment meta jkollok bżonnu l-aktar 🧑‍🤝‍🧑👨‍❤️‍👨

l-uġigħ emozzjonaliL-uġigħ emozzjonali mhuwiex biss tiegħek waħdek, izda għandu x’jaqsam mar-relazzjonijiet tiegħek.Jist...
27/04/2026

l-uġigħ emozzjonali
L-uġigħ emozzjonali mhuwiex biss tiegħek waħdek, izda għandu x’jaqsam mar-relazzjonijiet tiegħek.

Jista’ jfisser li hemm tensjoni, aspettattivi li ma seħħewx, jew komunikazzjoni mhux ċara.

Jekk tħares lejn l-uġigħ mingħajr ġudizzju, jista’ jgħinek tifhem aħjar u tagħmel bidla pożittiva.

Kuraġġ 🫂

Address

Il-Kamra S-Safra, Triq Santa Katarina
Zejtun
ZTN1341

Telephone

+35679091700

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Janice Caruana - Psychotherapist posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share