
08/08/2025
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ MALTIJA DWAR IL-MEDIĊINI
Twissija nazzjonali għas-sigurtà tal-pazjent: Irtirar prekawzjonarju ta’ Klassi I ta’ Ozempic® Numru tal-Lott - PP5N682::RN287 – Malta
Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq, Novo Nordisk® avża lill-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini li pakkett wieħed (1) ta’ Ozempic® 1mg injezzjoni mimlija f’pinna bin-numru tal-lott PP5N682::RN287 huwa suspettat li possibbilment huwa falz.
Bħala miżura ta’ prekawzjoni bbażata fuq ir-rapport ta’ Novo Nordisk®, qed isir irtirar fil-livell tal-pazjent tal-Ozempic® 1mg injezzjoni mimlija f’pinna bin-numru tal-lott u d-data ta’ skadenza preżentati hawn taħt. Dan l-irtirar japplika għal dan il-lott biss.
Numru tal-Lott PP5N682::RN287
Data ta’ Skadenza 02/2027
Jekk għandek fil-pussess tiegħek Ozempic® 1mg injezzjoni mimlija f’pinna li tappartjeni għal dan il-lott (irreferi għar-ritratt mehmuż):
Waqqaf l-użu tal-prodott affettwat
Ikkuntattja l-ispiżerija tiegħek biex tivverifika l-lott tal-mediċina
Irritorna l-pakkett affettwat lill-ispiżerija minn fejn xtrajt il-mediċina
Kellem lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek għal parir kif tkompli l-kura tiegħek
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bħala l-Awtorità tal-Liċenzjar bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini qed jaħdmu b’mod attiv mal-partijiet interessati biex jissalvagwardja kwalunkwe riskju possibbli għas-saħħa pubblika.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, kellem lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.
🇬🇧 https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2025/08/08/pr251424en.aspx